L-Air Malta issospendiet pilota minn tagħha filwaqt li bdiet investigazzjoni interna wara li membru fl-eżekuttiv tal-ALPA; l-Union tal-piloti sabha ‘ta’ gost’ li ‘l-ajruplan ġratlu ħsara fl-istess żmien tad-direttiva’ fuq il-piloti sabiex ma joperawx dan l-ajruplan.L-ajruplan kien inkera mill-Air Malta aktar kmieni din is-sena sabiex ilaħħaq mad-domanda tat-titjiriet. Madankollu ftit wara, il-Union tal-piloti, l-ALPA ħarġet direttivi lill-piloti tagħha sabiex ma jtajjruhx hekk kif ma kellux il-buttuna tal-recorder li jirrekordja d-diskursati fil-cockpit.
Il-ħsara teknika nstabet wara li żewġ piloti offrew minn jeddhom li joperaw l-ajruplan u b’hekk setgħu iġibu l-ajruplan lura Malta.