Il-ħajja ta’ minn tal-inqas tnejn u erbgħin persuna ntemmet ħesrem wara li nqelbet id-dgħajsa li kienu fuqha f’Lake Victoria fit-Tanzanija.Uffiċjali qalu li abbord kien hemm aktar minn erba’ mitt persuna. Mija minnhom ġew salvati u madwar tletin jinsabu f’qagħda kritika. Mitejn oħra għadhom ma nstabux u għaddejja operazzjoni ta’ salvataġġ instensiva bil-għan li jiġu salvati kemm jista’ jkun ħajjiet.
Il-pajjiż għandu passat ta’ diżastri naturali, meta fosthom fl-elfejn u tnax, mija ħamsa u erbgħin persuna tilfu ħajjithom wara li nqelbet dgħajsa viċin il-gżira ta’ Zanzibar.