Żagħżugħ ta’ 21 sena ndarab gravi wara li ħabat f’vettura pparkjata fil-Qrendi.
L-inċident seħħ kmieni dalgħodu, għall-ħabta tal-erbgħa u nofs fi Triq it-Tempesta, il-Qrendi.
Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ prelimin ari li sar, irriżulta li żagħżugħ ta’ 21 sena residenti l-Qrendi, kien qed isuq vettura tat-tip Renault Captur meta għal xi raġuni tilef il-kontroll u kellu impatt ma’ vettura oħra li kienet ipparkjata.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet liż-żagħżugħ l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.