Ir-Reġina Eliżabetta t-Tieni tal-Ingilterra, li għandha 92 sena, żaret 117-il pajjiż fis-66 sena li ilha reġina. Dan ifisser li daret id-dinja nadwar 42 darba. Iżda l-Majjesta tagħha ilha ma ssifer mill-2015…
L-aħħar safra tagħha kienet propju f’Malta, meta f’Novembru 2015 ġiet hawnhekk bħala l-Kap tal-pajjiżi tal-Commonwealth. Minn dak iż-żmien sa issa, ir-reġina qed tħalli f’idejn uliedha jew ulied uliedha biex iżuru pajjiżi barranin f’isimha.
Fil-midja qed jingħad li r-Reġina għamlet san apposta, biex l-aħħar saffra tagħha mal-Prinċiep Filippu tkun f’Malta, il-pajjiż li kemm-il darba ddeskrivietu bħala t-tieni dar tagħha barra mir-Renju Unit.
Malta ilu wieħed mill-postijiet favoriti tar-Reġina għal snin twal.Ftit wara li żżewġet lid-Duka ta’ Edinburgh, għexet f’Malta għal sentejn sħaħ bejn l-1949 sal-1951.
Hija kellha titlaq minn pajjiżna biex iddur il-pajjiżi tal-Commonwealth f’isem missierha, li miet ħesrem f’nofs il-miġja madwar dawn it-52 pajjiż. Minn hemmhekk, hija saret ir-Reġina Eliżabetta t-Tieni kif nafuha llum.
Ir-Reġina Ingliża reġgħet żaret Malta fl-1954, fl-1967, fl-1992, fl-2005, u fl-2007.