Nhar is-Sibt, 22 ta’ Settembru, Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku għal dawra mal-Port il-Kbir, segwita bi żjara informattiva fil-Forti Sant’Anġlu.
Bil-veduti spettakolari tal-fortifikazzjonijiet maestużi u l-arkitettura Barokka li jinsabu madwaru, il-Port il-Kbir qatt ma falla milli jimpressjona lil kull min serraħ għajnejh fuqu. Mawra madwar id-daħliet tiegħu tiżvela mod ġdid ta’ kif wieħed jista’ jitpaxxa bid-dehra tal-binjiet storiċi, fosthom dawk tal-belt Valletta li jiffurmaw parti mill-lista tal-UNESCO u anki dawk tat-Tliet Ibliet. Minn fuq il-baħar, binjiet storiċi, knejjes u ġonna pubbliċi jidhru f’perspettiva differenti u flimkien, dawn jiffurmaw port uniku li jagħżlu mill-portijiet ta’ pajjiżi oħra.Żjara informattiva dwar il-Forti Sant’Anġlu li jiddomina t-tarf tal-Birgu se tirrakkonta r-rwol importanti li kellu dan il-bini militari fit-tiswir tal-identità nazzjonali Maltija. Fi tmiem din iż-żjara, il-parteċipanti se jiġu servuti xi xorb u ikel ħafif.
Il-biljetti għal dan l-avveniment huma limitati. Il-biljetti jistgħu jinxtraw online minn fuq is-sit ta’ Heritage Malta www.heritagemalta.org jew minn siti u mużewijiet oħra tal-Apenzija.
Prezz għall-adulti €18. Prezz għall-membri ta’ Heritage Malta/anzjani/studenti u tfal huwa ta’ €15.
Post tat-tluq: Birgu Waterfront (biswit Forti Sant’Anġlu) fis-7:00pm.
Għal aktar informazzjoni, ċemplu fuq 2395 4242 waqt il-ħin tal-uffiċċju.