Missier li qed ikun akkużat li qatel lil bintu b’daqqiet ta’ sikkina fl-istonku tagħha, qed jinsisti fil-Qorti ta’ Birmingham li ma jiftakarx li għamel dan.
William Billingham qed ikun akkużat li qatel lil bintu Mylee ta’ tmien snin wara li allegatament hedded li se joqtol lil ommha lura f’Jannar li għadda.Fil-Qorti intqal li l-akkużat, li għandu 50 sena, kien qed isibha diffiċli jibda’ relazzjoni ma’ mara oħra minħabba l-eks martu, omm it-tifla. Fil-Qorti intqal ukoll li dakinhar tal-qtil, omm it-tifla marret id-dar tal-akkużat biex tiġbor lil bintha, u sekondi biss qabel ma qatel lit-tifla, Billingham hedded lill-eks martu li se joqtolha.
Hija qalet li hekk kif spiċċa s-sentenza, telaq jiġri fil-kċina bis-sikkina f’idu, u ta diversi daqqiet biha fl-istonku tat-tifla.
L-akkużat baqa jinsisti li ma jiftakarx li għamel dan.