Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana ħabbret li ħarġet it-tender għax-xogħlijiet fi Pjazza San Franġisk fir-Rabat, Għawdex.
Hija qalet li dan is-sejħa saret wara li tfassal il-proġett li kien mertu ta’ konsultazzjoni pubblika.
Dan il-proġett issa ser jikkumplimenta l-proġett tat-taraġ ta’ San Franġisk kif ukoll iċ-Ċentru tas-Saħħa l-ġdid li ser isir fil-binja li hemm biswit istess taraġ.
Il-Ministru Caruana qalet li għalhekk dan huwa proġett ħolistiku li permezz tiegħu mhux biss se jsir riġenerazzjoni sħiħa ta’ żona iżda wkoll li ser taqdi diversi bżonnijiet u funzjonijiet.Il-Ministru għal Għawdex fakkret kif flimkien ma’ din il-Pjazza hemm ukoll il-Pjazza ta’ San Ġwann Battista fix-Xewkija li wkoll dalwaqt jibdew ix-xogħlijiet hekk kif il-proċess mal-Awtoritá tal-Ippjanar ġie konkluż u l-aġġudikazzjoni tas-sejħa tal-offerti qed tiġi konkluża.
Dawn iż-żewġ proġetti huma komponenti importanti ta’ Proġett Għawdex biex nassiguraw li jkollna komunitajiet aċċessibbli, li jistgħu jitgawdew min-nies u b’hekk ikollna qabża fil-kwalitá fl-infrastruttura f’Għawdex.
It-tender tax-xogħolijiet ġie ppubbliakt fuq is-sit elettroniku etenders.gov.mt u s-sottomissjonijiet għandhom isiru sat-10 ta’ Ottubru skont l-istruzzjonijiet u indikazzjonijiet mogħtija.