Sony se tkun qed tirritorna lura fis-suq il-Playstation klassika, dik li bosta jiftakruha bħala l-ewwel PlayStation li ħarġet kważi 25 sena ilu. Dan hekk kif jidher li Sony qed issegwi l-passi ta’ Nintendo fejn il-kumpanija ħabbret illum li din il-playStation se tkun qed tiswa madwar €100 u li fiha se jkollha 20 logħoba lesti fiha. Fosthom se tkun qed tinkludi fiha Final Fantasy VII, Tekken 3 u Ridge Racer Type 4.
Din il-PlayStation se tkun imnedija fit-3 ta’ Diċembru.
Flimkien magħha din il-PlayStation, li se tkun iżgħar mill-klassika, se jkollha magħha żewġ controllers, dan hekk kif uħud mil-logħob se jkunu qed jagħtu ċ-ċans li jilgħabu żewġ persuni matul l-istess logħba.