Ackerly Pace, żagħżugħ ta’ 19 -il sena jżomm fid-dar miegħu 19-il kelb u qattus.
ONE NEWS tkellem maż-żgħażugħ fejn stqarr magħna li hu tant iħobb dawn il-kreaturi u tant huma sbieħ li ma ħaqqhomx jiġu abbandunati fit-toroq b’dan il-mod.
Pace żied jgħid li m’ilux ġabar kelb mit-triq fejn ġie abbandunat għax kellu bżonn operazzjoni.
Iż-żagħżugħ qalilna li hu ma jaċċetta bl-ebda mod li dawn il-ħlejjaq jiġu abbandunati u għalhekk hu jispiċċa jagħmel sagrifiċju u jżommhom miegħu fid-dar.
Spiċċa billi għamel appell lill-poplu biex ma’ jabbandunawx annimali fit-toroq għax dawn ħlief imħabba ma jagħtuniex.