Għat-tieni sena konsekuttiva il-Junior College flimkien mal-Università ta’ Malta qed jorganizzaw konferenza multi-dixxiplinarja bit-tema: ‘breaking barriers’. Waqt din il-konferenza qed jiġu diskussi diversi suġġetti bil-għan li jitneħħew l-ostakli li jċaħħduna milli nilħqu l-potenzjal tagħna f’diversi oqsma.Wieħed mill-koordinaturi tal-konferenza, Dr Karl Chircop spjega kif preżenti hemm numru ta’ professuri lokali kif ukoll internazzjonali fosthom mill-Italja u l-Amerka kif ukoll li għalih qed jattendu aktar minn mitt parteċipant.
“Il-konferenza toffri pjattaforma lill-istaff tal-junior college biex l-ewwel nett jaqsam ir-riċerka li tkun qed issir u kif ukoll il-lecturers ikunu jistgħu jaqsmu din ir-riċerka kollha li tkun qed issir mad-dinja akademika internazzjonali”
Il-Prinċipal tal-Junior College kompla jispjega kif l-għan aħħari huwa li tinħoloq pjattaforma akkademika biex tinqasam ir-riċerka li qed issir kif ukoll biex ikun hemm outreach tal-kulleġġ ma’ dawk internazzjonali. Dan hekk kif dak li jsir fil-konferenza jiġi ppublikat online.
“Il-kulleġġ huwa iktar assoċċjat mat-tagħlim tal-istudenti, iżda il-kulleġġ għandu ħafna x’joffri, huwa leader fis-settur u għalhekk naħseb li għandna wkoll naħsbu fuq l-aspett akademiku u anki biex l-istaff ikompli jikber u jimpruvja fit-tagħlim u fir-riċerka tiegħu”.
Intant, il-konferenza qed issir fuq medda ta’ erbat ’ijiem u fl-istess waqt għaddejja wirja tal-fotografija fuq l-istess tema.