F’għeluq is-sena ta’ Adrian Delia bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista, fuq l-aġenda tiegħu reġa’ tela l-eks Kap Simon Busuttil.
Biċċa wġigħ ta’ ras kbira tul l-aħħar tnax-il xahar għall-kap preżenti tal-Partit Nazzjonalista.
Għalkemm m’għaddewx ħames sekondi u Delia ta x’jifhem b’mod ċar li għalih Simon Busuttil kellu għażla waħda x’jagħmel.Ma’ The Malta Independent, Delia tkellem ukoll dwar il-konsegwenzi tal-battibekk aħrax li kien hemm wara l-inkjesta Egrant.
Qal li minn dakinhar għadu ma ltaqax ma’ Simon Busuttil.
Delia kellu wkoll twissija. Ma’ The Malta Independent qal lil Simon Busuttil li n-numri juru li falla.
Mal-maltatoday indika li Simon Busuttil jaf m’għandux postu fil-Partit Nazzjonalista.