Tifel ta’ 14-il sena li jbati mill-kundizzjoni tal-awtiżmu kien attakkat barra stabbiliment tal-ikel f’Manchester, l-Ingilterra.Missier it-tifel qal mal-midja Ingliża li ibnu issa qed isofri minn ġrieħi gravi fosthom snien miksura, u xi ġrieħi f’għonqu u f’daharu.
Xhieda fuq il-post qalu li t-tifel kien attakkat minn grupp ta’ erbat irġiel. Il-Pulizija ta’ Greater Manchetser għadha qed tinvestiga dan il-każ.
Ritratt: Sky News