Malta tinsab fir-24 post fi statistika li tiġbor numru ta’ pajjiżi ta’ kemm iridu jaħdmu jiem il-ħaddiema biex jixtru l-iPhone l-ġdid.
L-ististika li hi miġbura mill-kumpanija Pollakka, Picodi, turi kif ħaddiem Malti jrid jaħdem 19.9 jiem biex ikun jista’ jixtri l-iPhone il-ġdid, l-iPhone XS. Din l-istatistika ġiet ibbażata fuq il-paga medja ta’ kull pajjiż, fejn fl-ewwel post insibu lill-Iżvizzera bil-ħaddiem irid jaħdem madwar ħamest ijiem biex jixtri l-iPhone l-ġdid. Fit-tieni post insibu l-Lussemburgu, segwit min-Norveġja u l-Emeriti tal-Arabja Sawdija.
Fl-aħħar post insibu l-Filippini fejn ħaddiem irid jaħdem kważi 157 jum.
Kien fl-aħħar jiem li l-kumpanija Apple ħabbret l-aħħar prodotti, fosthom l-iPhone l-ġdid XS, liema mowbajl se jkun jiswa madwar $999.