Fil-jiem li ġejjin ix-xita mistennija tilħaq iċ-ċentru tal-Mediterran, u b’hekk x’aktarx se tkun qed tolqot il-gżejjer Maltin. Is-sit tat-tbassir tat-temp, FirstMalta, rrapporta kif dan qed iseħħ minħabba li l-baħar Mediterran bħalissa jinsab pjuttost sħun u l-arja kiesħa qed tkun ta’ kuntrast ma’ din is-sħana. B’hekk qed tinħoloq instabbilità bil-konsegwenza li se jifforma maltemp.
Spjega kif nhar l-Erbgħa wara nofsinhar se tkun qed tiżdied il-possibilità tax-xita filwaqt li matul il-lejl hemm ċans ta’ 80% ta’ xita bir-ragħad.
Il-maltemp mistenni jaffettwa wkoll il-jum tal-festa iżda fortunatament matul tmiem il-ġimgħa t-temp mistenni jaqleb għall-aħjar.