Ilbieraħ sar l-10 Kunċert mużikali tant popolari Rockestra b’risq il-Malta Community Chest Fund. Kunċert li l-programm tiegħu inkluda mużika Rock akkumpanjata b’mużika orkestrali mill-Orkestra Filarmonika ta’ Malta ma’ bosta artisti lokali.
Attendew eluf ta’ persuni li ħonqu t-tinda tal-MFCC f’Ta’ Qali fosthom l-għola mexxejja tal-pajjiż. Dan il-kunċert kien taħt il-patroċinju tal-Eċċellenza tagħha l-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca.
Filmat u Muntaġġ: ODOM Digital