Il-Qorti Injdana kkundannat 11-il persuna b’għomor il-ħabs wara li nstabu ħatja li wettqu masskaru f’irvellijiet kontra l-Musulmani li seħħew fl-2012 f’Gujarat u rat il-qtil makabru ta’ 69 persuna nħarqu ħajjin.
Il-Qorti ta’ Ahmedabad ikkundannat tnax-il persuna oħra għal seba’ snin ħabs wara li sabithom kompliċi f’dan ir-reat.
Iktar minn 1,000 persuna, il-maġġoranza tagħhom Musulmani, tilfu ħajjithom f’dawn l-irvellijiet li raw il-bidu tagħhom b’nirien li bdew fuq ferrovija u nqatlu 60 pellegrin Hindu.