Il-Forzi Armati tinsab għaddejja bi tfittxija għal dak li jista’ jkun bugħaddas li ntilef waqt li kien qed jgħodds fil-Qawra.
Ir-rapport dwar il-każ daħal għand il-Pulizija l-bieraħ filgħaxija għall-ħabta tal-għaxra u nofs mingħand terza persuna li inzerta fl-akwata. Il-Forzi Armati flimkien mal-Pulizija u Protezzjoni Ċivili bdew bi tfittxija fiż-żona tal-Qawra madankollu din ġiet sospiża wara madwar siegħa minħabba d-dlam.
Kelliem għall-Korp tal-Pulizija kkonfermat ma one.com.mt li sa dalgħodu l-Pulizija ma kien daħlilha l-ebda rapport ta’ persuna nieqsa madankollu t-tfittxija tal-Forzi Armati mistennija tkompli bħala prekawzjoni.
Aktar kmieni din il-ġimgħa, jum wara-mewt tal-għaddas Simon Psaila, uffiċċjal tal-Protezzjoni Ċivilili tkellem ma ONE News appella lill-pubbliku li qabel ma tinżel tghamel attivita fil-baħar għandek tavża lil xi qraba jew ħbieb sabiex f’każ ta’ inċident ikunu jistgħu iqajjmu allarm. Għandek ukoll tavżahom dwar il-post eżatt li fih se tkun qed togħdos kif ukoll kemm bi ħsiebek iddum ġo l-ilma.