Waqt li x-xogħol fuq il-proġett ta’ immodernizzar tal-villaġġ tas-snajja’ f’Ta’ Qali miexi ġmielu, il-Malta Industrial Parks tinsab għaddejja wkoll bix-xogħol biex tħawwel mal-elf siġra ġdida waqt li tirriloka oħrajn biex isiru għadd ta’ żoni rikreattivi għall-familji.
Ix-xogħlijiet fuq il-proġett jinvolvu investiment ta’ aktar minn 12-il miljun ewro bejn fondi eworpej u investiment mill-privat ta’ erba’ miljuni.Elton Micellaf, l-amminstratur taż-żona, qal li l-proġett hu mifrux fuq medda ta’ 63 elf metru kwadru ,u ġaladarba jitlesta x-xogħol fosthom il-ħwienet tal-atiġġjana, il-villaġġ mhux biss se jinbidel f’żona turistika iżda post ieħor ta’ rikreazzjoni għall-familja kollha.
Fil-fatt ħabbar li l-post se jinbdiel f’foresta żgħira.
Żied li dawn is-siġar qegħdin fuq il-lista ta’ siġar li se jiġu estinti.
Il-perit tal-proġett Ivan Bartolo qal li qabel ma bdew ix-xogħlijiet fil-bidu tas-sena ħasbu biex jirrilokaw bosta siġar.
Huwa saħaq li kull zvilupp li qed isir fil-villaġġ qed isir skont il-pjani li nħarġu mill-awtorità tal-ippjanar u l-awtorità tal-ambjent.