‘Il-Fiera l-Kbira’ din is-sena se ssir. Dan kien ikkonfermat fi stqarrija maħruġa llejla mill-GRTU.
Il-Fiera se ssir bejn is-7 u s-17 ta’ Lulju – deċiżjoni li l-GRTU laqgħat b’sodisfazzjoni għaliex temmen li tħares l-interess tan-negozji. Aktar kmieni, kwistjonijiet dwar il-konfini li fihom għandha tintrama’ l-fiera wasslu għal rapporti li din mhux se ssir.
Fl-ispjega tagħha l-GRTU qalet li l-Minsitru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar ikkonsidra l-importanza tal-fiera f’termini ta’ bejgħ għan-negozji, u li titħassar wara li saru l-preparamenti kollha kien se jkun ifisser telf ta’ flus.
Żiedet tgħid li l-eżebituri ma’ kienux konxji tal-limitazzjonijiet li jeżistu dwar is-sit magħżul, u kienu se jkunu penalizzati mingħajr ħtija. Is-sena d-dieħla l-fiera se ssir post ieħor.