Rabti ta’ 24 sena tilef ħajtu waqt il kien qed jgħodos bin-nifs fix-Xemxija. Il-ġuvni, Simon Psaila ttela’ mejjet mill-baħar miż-żona tal-Veċċja mill-Pulizija u membri tal-Protezzjoni Ċivili.
Dwar dan il-każ infetħet inkjesta mill-Maġistrat tal-għassa Dr Yana Micallef Stafrace.
Psaila huwa t-tieni ġuvni li tilef ħajtu waqt li kien qed jgħodos bin nifs dan is-Sajf hekk kif ġimgħa ilu, miet ukoll Neil Zammit, żagħżugħ ta’ 20 sena li baqa’ qatt ma rritorna f’wiċċ l-ilma waqt li kien qed jgħodos bil-harpoon ma ħabib tiegħu f’Baħar iċ-Cagħaq. Huwa kien dam kważi 24 siegħa mitluf fil-baħar qabel ma eventwalment itella’ qiegħ il-baħar mill-bugħaddasa tal-Forzi Armati ta’ Malta.