Kurt Buttigieg kellu s-sentenza ta’ erba snin ħabs fuq pussess ta’ kokaina mnaqsa għal sena u disa’ xhur, wara li l-Qorti tal-Appell sabet li s-sentenza oriġinali ma kinitx skont ir-reat.
Fid-deċiżjoni tagħha, il-Qorti kkunsidrat ukoll is-seba’ snin li ttieħdu bejn id-data ta’ meta sar ir-reat u d-deċiżjoni finali tal-Qorti tal-Appell.Kien ikkunsidrat ukoll it-tibdil li sar dal-aħħar fil-liġi fuq id-drogi.
F’każ li jmur lura għal Novembru tal-2011, Buttigieg, li huwa xufier ta’ taxi, kien akkużat li ttraffika l-kokaina, kien fil-pussess tal-istess droga u ma kinitx għall-użu tiegħu, kellu d-droga f’inqas minn mitt metru ‘l bogħod minn skola jew żona frekwentata miż-żgħażagħ, u li kien riċediv.