Raġel ta’ 33 sena li ma jaħdimx u m’għandux fejn joqgħod ingħata sentenza ta’sentejn ħabs wara li ammetta li seraq żewġ laptops u handbag f’temp ta’ xahar. Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace qalet li l-fedina penali tal-akkużat hija voluminuża daqs il-Bibbja, tant li jekk ma jimxix fit-triq it-tajba se jkisser ħajtu.
Il-Qorti rrakkomandat li d-Direttur tal-Ħabs jgħin lill-akkużat isegwi programm ta’ rijabilitazzjoni mid-droga u biex jagħtih xogħol produttiv fil-ħabs tul is-sentenza tiegħu.