Ir-responsabbiltà ta’ Tonio Fenech fil-każ skandaluż tal-Falcon Funds hija riflessa wkoll mill-fatt li d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Pensjonijiet fl-Iżvezja, li Falcon Funds ma jibqgħux joperaw fl-Iżvezja, intbagħtet direttament lill-eks Ministru Nazzjonalista.
Korrispondenza li għandu one.com.mt tikxef kif huwa Fenech il-bniedem li miegħu saret il-komunikazzjoni f’dan il-każ meqjus skandaluż u li ONE NEWS ikompli jirrapporta dwaru llejla.
Aqra IL-FALCON FUNDS TA’ FENECH MITFUGĦA ‘L BARRA MILL-ISVEDIŻI għall-aħħar dettalji b’rabta ma’ dan il-każ.