Raġel fl-Indja daħal fl-Għassa tal-pulizija b’ras martu tiegħu f’idu wara li ammetta li ħanxrilha għonqha meta qabadha tibdlu
Rapporti fil-midja qed jgħidu li r-raġel, daħal fl-Għassa jġorr basket tal-plastic f’idu u arma li taqta’ u bil-ponta fl-id l-oħra.Qed jintqal li quddiem il-Pulizija, ir-raġel, li għandu 35 sena, qal “Din hija marti, tajtha l-imħabba kollha li stajt nagħti lil persuna”. Hawnhekk ħareġ ras martu mill-basket quddiem il-Pulizija u qalilhom li din kienet qed tibdlu.
Huwa ammetta li l-maħbub ta’ martu ħarab minn fuq il-post meta r-raġel ħebb għal martu.