Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qalet li l-ħsara estensiva li affetwat il-provisita tal-ilma sa mill-bieraħ, fl-inħawi tal-Kottonera ġiet solvuta.
Il-Korporazzjoni terġa tiskuża ruħha mall-pubbliku għal dan l-inkovenjent u tirringrazzja lil ħaddiema li bla waqfien ħadmu f’kundizzjonijiet diffiċli sabiex il-ħsara tissolva mill-aktar fis.
Main ta’ 9 pulzieri fl-inħawi tal-Verdala (Bormla), żviluppalu ħsara u wara li dan ġie lokalizzat, inbidlet parti minnu. Fl-istess ħin ukoll, saret manutenzzjoni vicin il-mina ta’ Hompesch, Żabbar.
L-ilma infetaħ u l-provvista għandha tirritorna lura għan-normal fil-ħin li ġej.