L-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni irtirat mis-suq laser pointers li qegħdin jinbiegħu bħala ġugarelli.
Fi stqarrija, l-Awtorità qalet li dawn huma projbiti mis-suq għax huma ta’ riskju serju għall-konsumaturi u jistgħu jagħmu persuna jew saħansitra jtellfulha għalkollox id-dawl ta’ għajnejha.
L-Awtorità qalet li bejjiegħa li għandhom dawn il-lasers għall-bejgħ għanhom ineħħuhom b’effett immedjat u jibagħtuhom lura minn fejn xtrawhom.
Dan hekk kif kull bejjiegħ jew importatur li jinstab li qiegħed dawn il-laser pointers fis-suq, se jkun responsabbli għal azzjoni legali.