Ħanut tal-ħwejjeġ fi Strada Rjali l-Ħamrun reġa safa’ fil-mira tal-ħallelin hekk kif f’temp ta’ erba’ xhur kien vittma ta’ tliet serqiet. ONE News tkellem ma’ sidt il-ħanut Yanuschka Scicluna Galea, li qalet kif l-aħħar serqa saret matul il-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd. Min daħal fil-ħanut, kisser il-bieb tal-ħġieġ u għamel ħerba:
Sidt il-ħanut qalet li din mhux l-ewwel esperjenza qarsa għaliha, hekk kif f’April li għadda f’temp ta’ erbat ijiem, in-negozju tagħha safa fil-mira tal-ħallelin għal darbtejn in fila.
Segwi l-intervista hawn: