Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed twissi li minħabba ħsara li għada ma ġietx identifikata, Il-Kottonera, Ħaż Żabbar, biċċa minn Marsascala (tal-Bidni) se jesperjenzaw nuqqas ta’ pressa fl-Ilma.
Matul il-jum il-ħaddiema tal-WSC wettqu diversi leak detections intensivi mill-ġibjun tal-Qrendi sal-mina ta’ Hompesch biex tiġi identifikata l-ħsara. Ix-xogħol ser ikompli matul il-lejl sakemm tissolva il-ħsara.
Il-Korporazzjoni se żżomm lill-pubbliku infurmat b’aktar żviluppi fil-ħin li ġej