It-tieni grupp ta’ immigranti li ddaħħlu Malta abbord l-MV Aquarius nhar Santa Marija ħalla Malta għall-Lussemburgu dalgħodu. Il-141 immigrant abbord dan il-bastiment se jkunu rilokati Franza, il-Lussemburgu, il-Ġermanja, l-Italja, il-Portugall, u Spanja, u ħadd minnhom mhu se jibqa’ pajjiżna.
Minkejja li ma kellu l-ebda obbligu legali, il-Gvern Malti offra li pajjiżna jservi ta’ bażi loġistika għall-iżbark tal-immigranti bi qbil li jitqassmu bejn sitt pajjiżi Ewropej li aċċettaw dan l-arranġament volontarju.
Din kienet t-tieni darba li sar qbil dwar mekkaniżmu volontarju ta’ solidarjetà relatat mal-kriżi tal-immigrazzjoni. Il-pajjiżi kollha b’eċċezzjoni ta’ wieħed onoraw il-wegħda li għamlu li jieħdu l-immigranti skont il-ftehim maqbul.