Raġel ta’ 47 sena mil-Liberja qed jinżamm fil-kustodja tal-Pulizija wara li nqabad ixejjer pistola falza fuq karozza tal-Linja.
Il-każ seħħ ilbieraħ, is-Sibt, fit-20:30 abbord ir-rotta 80 li dak il-ħin kienet qed tivvjaġġa minn Birżebbuġa għall-Belt. Jidher li r-raġel beda jhedded u jbeżża’ lil xi passiġġieri billi jipponta l-arma falza lejhom.
Uffiċjali mill-RIU segwew il-karozza tal-linja u waqfuha quddiem il-monument tal-Indipendenza fil-Floriana. Hawnhekk ir-raġel ġie arrestat, u iktar tard instabet l-arma fuqu.