Ftit tal-ħin ilu waqa’ saqaf ta’ dar fi Triq Santa Marija, Tas-Sliema.
Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jagħtu l-ewwel għajnuna.
Fid-dar ta’ taħt ma’ weġġa’ ħadd, iżda jidher li fir-residenza ta’ fuq joqgħod raġel li dak il-ħin ma kienx fil-kċina fejn ċeda s-saqaf.
Hu mifhum li dan seħħ minħabba xi xogħlijiet ta’ kostruzzjoni li għaddejjin fil-viċinanzi