Fekruna kienet salvata mill-baħar iktar kmieni llum minn sajjied li kien għaddej fuq xogħol minn Wied iż-Żurrieq.
F’messaġġ fuq Facebook, Nature Trust Malta qalet li l-fekruna nstabet b’ganċ imwaħħal magħha u ħabel ta’ qasba ħiereġ minn ħalqha.
Nature Trust qalet li l-fekruna ttieħdet għand veterinarju biex jitneħħa l-ganċ, u l-intervent mistenni jkun wieħed delikat minħabba ħsara interna li setgħet ġarrbet il-fekruna.
Il-fekruna ssemmiet Ilda minn uffiċjali tan-Nature Trust li ġabruha miż-Żurrieq wara li sabha s-sajjied.