Pajjiżna esperjenza l-ikbar żieda fl-ammont ta’ tfal taħt it-tliet snin, li ġew miktuba b’mod uffiċjali f’childcare centre fl-Unjoni Ewropea. Dan minkejja li f’pajjiżna, l-ikbar raġuni fost nisa li għażlu li ma jagħmlux dan, kienet li jixtiequ li jrabbu lit-tfal huma stess.
F’rapport tal-Kummissjoni Ewropea imlaqqam il-Barcelona Objectives, li lura fl-2011 issettja għadd ta’ miri, fosthom dik li pajjiżi tal-Unjoni Ewropea għandu jkollhom terz tat-tfal fl-età ta’ taħt it-tliet snin li huma miktuba, pajjiżna ġie deskritt bħala wieħed li għamel passi kbar ‘l quddiem f’dan il-qasam.Dan grazzi għal wegħda elettorali tal-Partit Laburista lura fl-2013, li rat it-twettiq tagħha ftit taż-żmien wara, u li n-nisa setgħu joħorġu jaħdmu u jħallu lit-tfal f’childcare imħallas mill-Istat.
Fir-rapport ta’ Barċellona, il-Kummissjoni tgħid li fl-2011 f’pajjiżna kienu biss 11% tat-tfal taħt it-tliet snin, biex sas-sena 2016, dan in-numru tela’ għal 31.3%.
F’din l-istatistika pajjiżna għad fadallu x’jaqdef biex jilħaq pajjiżi fejn iċ-childcare hija iktar affordabbli, bħad-Danimarka b’70%, l-Olanda bi 53%, u l-Iżvezja b’51%.
Madanakollu ninsabu pass biss wara l-Ġermanja, l-Finlandja u l-Italja, li lkoll jinsabu fi 33%.
Minkejja li Malta mhux fuq nett tal-lista, pajjiżna rreġistra t-tieni l-ikbar żieda f’ħames snin fejn jidħlu tfal ta’ etajiet bejn tlieta u erba’ snin minn 73% għal 88%.
B’hekk, wara dawn l-avvanzi fl-aħħar snin, fir-rapport intqal kif pajjina issa jinsab fost dawn il-pajjiżi “li jagħti d-dritt għall-pajjiżi minn età żgħira ħafna, permezz ta’ childcare b’xejn għal tfal ta’ ġenituri li jaħdmu.”