Omm u binha jinsabu f’qagħda kritika wara li sfaw attakkati minn ġiraffa f’riżerva naturali fl-Afrika t’ Isfel.
Katy Williams, u binha Flynn ta’ tliet snin ittieħdu l-Isptar f’ Johannesburg wara li għaffġithom ġiraffa.Kelliem għas-santwarju fejn seħħ l-inċident qal li l-ġiraffa jista’ jkun li ħasbet li l-vittmi kienu se jweġġgħu lilha jew lil annimali oħra fil-madwar.
Huwa ħeġġeġ lill-qraba tal-vittimi biex jibqgħu pożittivi.