“Aċċettajt il-mewt”, hekk qalet il-kantanta Avril Lavigne dwar wieħed mill-iktar mumenti diffiċli f’ħajjitha, hekk kif inħakmet minn marda serja li tinfirex bil-qurdien.
Il-kantanta ta’ 33 sena nħakment mill-marda Lyme disease fl-2014. Issa qalet li trid tkun onesta u vulnerabbli kemm jista’ jkun dwar dan il-vjaġġ diffiċli.
Lyme disease hija l-iktar infezzjoni komuni fl-Ingilterra, l-Ewropa, u l-Amerika ta’ Fuq. Is-sintomi tagħha jistgħu jdumu fuq il-vittma għal snin sħaħ.