Somalu ta’ 30 sena tressaq il-Qorti wara li lbieraħ sawwat u darab persuna fiż-Żebbuġ, Għawdex.
L-akkużat kien mixli wkoll li kiser il-bon ordni b’għajjat u ġlied u beżża’ lil persuna li se tintuża l-vjolenza kontriha.
Huwa wieġeb mhux ħati għal-akkużi miġjuba kontrih u ngħata l-ħelsien mill-arrest taħt diversi kundizzjonijiet, fosthom li jħallas depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €3,000.