Il-gżira Ġappuniża ta’ Hokkaido ntlaqtet minn terremot qawwi li ħalla minn tal-inqas tmien persuna mejta u għexirien għadhom mitlufa.
It-terremot b’qawwa ta’ 6.7 fuq l-iskala rikter qata’ l-provvista tal-elettriku għal 3,000,000,000 residenza u ħalla ħsara f’impjant tal-enerġija.
Bosta djar iġġarfu hekk kif apparti t-terremot kien hemm valangi tat-tajn.
L-aġenzija meterjoloġika Ġappuniża saħqet li t-terremot ma ħoloq l-ebda riskju ta’ tsunami.