Żewġ Serbi ta’ 25 sena u 32 sena se jkunu qed jiġu deportati wara li nstabu ħatja b’żewġ serqiet minn supermarket fir-Rabat Għawdex.Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Joanne Vella Cuschieri semgħet kif l-akkużati serqu ikel u xorb li jaqbeż l-ammont ta’ €200 u ġew akkużati wkoll li xtraw oġġetti li kienu misruqa.
L-akkużati ammettew għall-akkużi miġjuba fil-konfront tagħhom fejn ngħataw sentenza ta’ sena ħabs sospiża għal sentejn.
Huma se jkunu qed jiġu deporati minn Malta wara li rriżulta li kienu Malta b’mod illegali.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Is pettur Bernard Charles Spiteri.