“Se nibqa’ nkellmek kuljum. Inħobbok b’qalbi kollha, naf li se tkun miegħi kull ħin u kull mument.”
Dawn kienu l-kliem ta’ sogħba tat-tfajla ta’ Neil Zammit, iż-żagħżugħ li tilef ħajtu waqt li kien qed jgħodds tard filgħaxija f’Baħar iċ-Ċagħaq.
It-tfajla ta’ Neil, Rebecca, f’ittra fuq Facebook indirizzata lejh bħala “ir-raġel ta’ ħajti” qaltlu li mħabbitha hi kollha lejh u li se tkun qed titlob għalih kuljum.
Rebecca kienet fost il-qraba li kienu preżenti fuq ix-xena fejn instab il-katavru ta’ Zammit, fejn dehret imbikkma u għal xi ħin kienet lesta biex tinżel tfittxu hi. Kien wazi 24 siegħa wara li għeb waqt li kien qed jogħdos ma’ sieħbu, l-għaddasa tal-Forzi Armati ta’ Malta sabu l-katavru ta’ Neil Zammit.
Kollox beda meta Żammit niżel jogħdos bin-nifs flimkien ma’ sieħbu Dieter Cassar biex jiprattikaw l-isport tal-isnorkeling – Sport li mill-filmati li Neil itellà fuq il-profil ta’ Facebook tiegħu hu evidenti li hu ntiż sew fih.
Hu mifhum li ż-żewġt żgħażagħ niżlu jgħoddsu għall-ħabta tal-ħamsa u nofs ta’ wara nofsinhar biex imbgħad hekk kif Cassar tela lura u ra’ li Neil ma rritornax f’wiċċ il-baħar bħall m’għamlu dejjem, deherlu li kien hemm xi ħaġa ħażina u talab għall-assistenza.
Kien propju hawn li skattat tfittxija intensiva mill-Membri tal-Forzi Armati ta’ Malta permezz ta’ helikopter, xi laneċ u dinghi mis-Sezzjoni Marittima.