Il-Gvern ħareġ twissija biex ħadd ma jsiefer lejn il-Libja sakemm jingħad mod ieħor. Dan minħabba l-irvellijiet li bħalissa hemm għaddejjin fiż-żona.
Fi tweet fuq Twitter il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Carmelo Abela, qal li jekk xi ħadd Malti jixtieq jagħmel kuntatt mal-Ministeru jista’ jċempel fuq 21242191.
Hu temm jgħid billi appella biex jieqfu l-irvellijiet u jibnu futur aħjar għall-pajjiż tagħhom.
The travel advice from the @MFAMalta is to avoid all travel to Libya until further notice. Should any Maltese national wish to get in touch with the ministry please call on 21242191. We urge all the militias to stop fighting and build a better future for their country. @MaltaGov
— Carmelo Abela (@AbelaCarmelo) September 5, 2018