Fekruna ġiet salvata mill-familja Spiteri wara li din inqabdet f’ħabel tan-nylon.
Kienet ġurnata fost l-oħrajn għall-familja li ħarġu bid-dgħajsa sabiex igawdu l-baħar u dak kollu li jġib miegħu l-istaġun tas-sajf Malti meta f’daqqa u l-ħin lemħu fekruna li sabet ruħha f’diffikultà. Kien l-intervent f’waqtu ta’ din il-familja li salvaw lil din il-ħlejqa. Is-Sur Spiteri appella lill-pubbliku sabiex wieħed jevita milli jitfa plastic kif ukoll ħbula xolfa baħar dan għaliex ikunu ta’ ħsara lil fkieren.