Portugiża ta’ 30 sena qed issofri minn ġrieħi gravi wara inċident bil-karozza f’San Ġiljan.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-15:00 fi Triq Sant’Andrija, San Ġiljan, meta karozza Nissan NV2000 misjuqa minn raġel ta’ 55 snea mis-Swieqi ħabtet ma’ mutur tat-tip Honda NSC misjuq minn Portugiż ta’ 29 sena. Il-vittma kienet riekba fuq il-mutur.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura. Din qed issofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.