Matthew Portelli, ta’ 32 sena minn San Pawl il-Baħar u Carmel Hartley ta’ 46 sena minn San Ġwann tressqu l-qorti akkużati li ppruvaw jisirqu żewġ magni tal-ATM minn San Pawl il-baħar f’Awissu li għadda.Dawn kienu akkużati wkoll b’serq ta’ pjanċa ta’ vettura, li saqu mingħajr assikurazzjoni u liċenzja valida u li kienu riċedivi. Fl-istess waqt li seħħ dan, il-pulizija kienu qed jinvestigaw lil Portelli fuq affarijiet oħra. Filwaqt li fittxu fir-residenza tiegħu, nnutaw vann li wara spezzjoni rriżulta li kien l-istess vann li deher fil-filmat tac-CCTV għal attentat ta’ serqa tal-ATM. Fil-vann instabu wkoll ktajjen li ntużaw biex jippruvaw jaqilgħu l-ATM u balaclavas.
Iż-żewġ akkużati ammettew li kienu involuti fil-każ u f’ieħor preċedenti u simili f’Awissu stess.
L-akkużati wieġbu mhux ħatja, bit-tnejn li huma nżammu arrestati.