Adoloxxenti Finlandiż ta’ 16-il sena ingħata sentenza sospiża wara li ffroda eluf ta’ ewro minn sit ibbażat f’Malta tal-logħob tal-azzard.Dan permezz ta’ software li ppermettilu li jpoġġu flus kontanti fil-kartiera onlajn tiegħu.
Kienu YLE News li rrapurtaw li l-adoloxxenti deher fil-qorti t-Tnejn biex jirċievi s-sentenza sospiża ta’ għoxrin xahar.
Għalkemm oriġinarjament kien iddikjarat kif il-ġuvnott iffroda ‘il fuq minn €250,000, l-figura sussegwentament tnaqqset u kien ordnat li jħallas €132,000 flimkien ma’ spejjeż tal-qorti.
Il-ġenituri tal-ġuvnott ukoll irċieva sentenzi sospiżi talli żammu ftit mill-flus fil-kontijiet bankarji tagħhom.
Il-missier kien orndat iħallas lura €14,500 u l-omm, €2,300.