Filmat li qed idur fuq il-midja soċjali qed ilaqqa’ l-poplu Malti u Għawdxi mal-għoġla li twieldet jiem ilu fl-Għammieri. L-għoġla twieldet qabel iż-żmien u kellha bżonn ħafna attenzjoni mill-ħaddiema tas-sezzjoni tal-annimali.Grazzi għall-ħidma ta’ dawn il-persuni, bidu ta’ ħajja faċli sabiex tkun tista’ tikber u tingħaqad mal-bqija tal-baqar maltin li jinsabu ġewwa l-Għammieri.
Kelly Peplow
Kelly Peplow ingħaqdet mal-kamra tal-aħbarijiet ta’ ONE fl-2016 wara li kisbet Baċċellerat fil-Komunikazzjoni u l-Ingliż mill-Università ta’ Malta, u kompliet l-istudji tagħha fl-Ingliż, il-midja u il-kultura. Tul dawn is-snin ħadmet fuq stejjer umani u kulturali, apparti l-aħbarijiet politiċi u internazzjonali. Hija wkoll waħda mill-qarrejja tal-aħbarijiet tal-istazzjon. Kelly hija wkoll attriċi u ilha snin attiva fix-xena teatrali lokali wara li kisbet Diploma fir-reċtar minn Trinity College f’Londra.