Diversi ġranet ta’ ħidma mill-Pulizija tad-Distrett tal-Qawra u dawk mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali, wasslu għall-arrest ta’ persuni involuti f’serq.
Il-Pulizija arrestat żewġ irġiel residenti San Ġwann, ta’ 32 sena u 46 sena rispettivament, in-konnesjoni m’attentat ta’ serq ta’ ATM machine li seħħ kmieni filgħodu, nhar id-29 ta’ Awwissu 2018, fi Triq it-Turisti, San Pawl il-Baħar. L-irġiel mistennija jitressqu l-Qorti għada għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ wara nofsinhar, akkużati b’attentat ta’ serq fost akkużi oħra.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-każ għadhom għaddejjin.