Qorti fil-Ġermanja ikkundanat lil immigrant għal tmien snin u nofs ħabs wara li nstab ħati li qatel lill-eks sieħba tiegħu, li kellha biss 15-il sena.
L-akkużat, Abdul D, mil-Afganistan, ammetta li ta daqqa ta’ arma li taqta u bil-ponrta lill-Mia V f’Kandel, il-Ġermanja, wara li din waqqfet ir-relazzjoni ta’ bejniethom.
Il-każ qajjem rabja kbira fil-pajjiż kollu, b’diversi protesti kontra l-immigranti jsiru fl-ibliet Ġermaniżi minħabba dan il-każ.