Jidher li s-sajf daqt jintemm hekk kif il-ġimgħa d-dieħla mistennija x-xita, proprju mill-Erbgħa 12 ta’ Settembru.
Skont is-sit tat-tbassir tat-temp, FirstMalta, sal-Ħadd li ġej it-temp mistenni jibqa’ ġeneralment xemxi b’temperaturi għolja viċin il-31C u jinħassu sa 36C, iżda x-xita li mistennija tilħaq iċ-ċentru tal-Mediterran minn nhar l-Erbgħa 12 ta’ Settembru tista’ tilħaq il-gżejjer Maltin.
Is-sit fakkar li t-tbassir tat-temp fit-tul huwa inqas preċiż minn dak fil-viċin u jista’ jinbidel, għalhekk dan it-tbassir għandu biss jittieħed bħala indikazzjoni.