Jurica Kalina, Kroat ta’ 33 sena li bħalissa qed jgħix fuq basitment trakkat f’Xatt il-Mollijiet fil-Marsa, ġie mmultat 530 ewro wara li nqabad b’disa grammi kannabis.
Il-każ seħħ nhar il-31 t’ Awwissu ta’ din is-sena, fejn kif semgħet il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, Kalina ġie arrestat wara li nqabad bil-kannabis fil-pusses tiegħu fuq l-istess bastiment.
L-avukat tal-għajnuna legali stqarr li l-akkużat ammetta l-akkużi miġjuba kontrih, fejn ġie mmultat 530 ewro.