Il-Sibt filgħodu fi Triq l-Għellejel il-Gudja, il-pulizija arrestaw żewġt irġiel li allegatament kienu qed jaħdmu n-nar illegalment.
Minn spezzjonijiet li saru instab ammont konsiderevoli ta’ materjal suspettat splussiv u materjal ieħor relatat mal-logħob tan-nar.
Membri mill-Explosive Ordanance Disposal Unit ġew imsejħa fuq il-post għall-assistenza filwaqt li l-Maġistrat tal-Għassa Dr.J Demicoli ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.